L-atleta tal-Lotta Eġizzjan Mohamed ‘Kesho’ Ibrahim kien arrestat f’Pariġi fuq allegat fastidju sesswali. L-uffiċju tal-proskuzzjoni f’Pariġi fi stqarrija qalet li fis-sigħat bikrin tal-Ġimgħa filgħodu kien arrestat raġel mwieled fl-1998 fl-Eġittu li kien qed jikkompeti fl-isport tal-Lotta għall-kontinġent Olimpiku Eġizzjan. Skond l-ewwel rapporti Ibrahim prova jmiss partijiet ta’ ġisem tfalja mingħajr kunsens f’kafetterija f’Pariġi.
Il-Kumitat Olimpiku Eġizzjan indikat, li l-membru li kien arrestat kien Mohamed Ibrahim, rebboeħ tal-midalja tal-Bronż waqt l-Olimpjadi tal-2020 li saru f’Tokjo. Il-KOE kompla jgħid li għaddeja investigazzoni mill-kumitat tal-etika u li tista’ twassal għall-sospensjoni permanenti għall-Ibrahim milli jikkompeti f’kompetizzjonijiet sportivi.
//= $special ?>