Atletika Sport

L-Istati Uniti dominanti fir-relay tan-nisa 4×100 metru

Sha’Carri Richardson irnexxielha tirbaħ il-midalja tad-deheb hekk kif għinet lit-tim tan-nisa tal-Istati Uniti jirbaħ id-deheb fir-relay tan-nisa tal-4×100 metru. It-tim tal-Istati Uniti kien kompost minn Gabby Thomas, ir-rebbieħa tal-200 metru, Melissa Jefferson u Twanisha Terry. Richardson kienet iddiżapunta ferm li ma rnexxiliex tirbaħ il-midalja tad-deheb fil-100 metru hekk kif kellha tikkuntenta bil-midalja tal-fidda, b’Julien Alfred ta’ Santa Lucia tirbaħ id-deheb.