Il-Prim Ministru Robert Abela f’temp ta’ jumejn kellu jbaxxi rasu tliet darbiet għal klikka ta’ Joseph Muscat.
Fil-fatt, Abela diġa’ baxxa rassu għal Jason Micallef li ħa kariga importanti fuq il-Ministri. Ċeda wkoll għall-klikka ta’ Muscat meta fl-aħħar sigħat Randolph Debattista kellu jwarrab minn Kap Eżekuttiv tal-partit. U issa, waslu sal-punt illi Rosianne Cutajar irritornat fil-Grupp Parlamentari Laburista – minkejja li ma ghamlet ebda apoloġija.
Fil-fatt, waqt lagħqa li saret f’Kastilja il-Ġimgħa waranofsinhar, Robert Abela kellu jagħmel u-Turn oħra hekk kif Rosianne Cuajar tħalliet terġa’ tingħaqad mal-Partit Laburista. Bil-Prim Ministru iċedi għall-pressjoni tal-klikka ta’ Joseph Muscat, u jaċċetta lura lil Rosianne Cutajar – dan minekjja li din ma għmlet l-ebda appoloġija kif talabha tagħmel il-Prim Ministru.
Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Partit Nazzjonalista qal li din il-U-Turn hija turija ċara ta’ kemm Robert Abela huwa Prim Ministru dgħajjef hekk kif kellu jċedi għal darb’oħra għall-klikka ta’ Joseph Muscat.
Intant, ftit mumenti qabel bdiet il-laqgħa f’Kastilja, Net News staqsa lill-membri tal-Grupp Parlamentari Laburista jekk jaqblux mal-bidla fl-istatut tal-Partit, bi Glenn Bedingfeild ikun l-unika wieħed li jaqbel illi deputat jew MEP ikun jista’ jokkupa l-kariga ta’ Deputy Leader għall-Affarijiet tal-Partit.
Net News staqsa wkoll lill-Membri Parlamentari tal-Partit Laburista x’jaħsbu dwar il-kariga li ingħata Jason Micallef wara li dan irtira mit-tellieqa għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista – fejn Jason Micallef se jkun pratikamet ogħla minn kull ministru; hekk kif irid jassigura li l-membri tal-Kabinett iwettaq l-manifest Elettorali.
Jason Micallef huwa persuna oħra mill-klikka ta’ Joseph Muscat tant li meta tressaq l-eks Prim Ministru l-Qorti hu kien wieħed minn dawk li ħeġġeġ lin-nies sabiex jitilgħu juru l-appoġġ tagħhom lill-eks Prim Ministru – persuna li ilu snin jimmilita fil-Labour, u li issa se jkun qed jieħu s-saħħa f’idejh biex jitwettaq il-manifest elettorali.
//= $special ?>