Lee Carsley kien appuntat kowċ interim tat-tim nazzjonali Ingliż għall-partiti ta’ Settembru tal-Nations League, hekk kif l-assoċjazzjoni tal-futbol għada għaddejja bi tfittxija tagħha għall-kowċ li se jieħu post Gareth Southgate li ħalla l-kariga wara l-EURO 2024. Il-kowċ ta’ 50 sena se jkun qed jieħu f’idejh l-iskwadta Ingliża wara li mexxa it-tim ta’ taħt il-21 sena. Southgate irriżenja wara t-telfa ta’ 2-1 kontra Spanja fil-finali tal-EURO 2024. Carsley huwa eks plejer ta’ Derby u Everton f’karriera ta’ plejer ta’ aktar minn 17-il sena. Mat-tim tal-21 sena Carsely irnexxielu jirbaħ il-Kampjonati Ewropej fl-2023 hekk kif rebħu dan l-unur għall-ewwel darba f’39 sena.
//= $special ?>