Lokali

“Nistennew l-ogħla forma ta’ kontabilità – Byron Camilleri għandu jirriżenja” – Is-Soċjetà Ċivili

“Ninsabu allarmati ħafna bir-rivelazzjonijiet riċenti dwar l-iskandli f’Identitá. Dawn huma akkużi serji
ta’ falsifikazzjoni, użu ħażin ta’ dejta personali, u traffikar tal-bnedmin huma tfakkira qawwija tal-
korruzzjoni mifruxa li qed tolqot is-servizz pubbliku f’Malta. Għaldaqstant qed nitolbu r-riżenja tal-Ministru Byron Camilleri.

“Dan in-nepotiżmu istituzzjonalizzat jimmina l-istat tad-dritt u tnaqqir tal-fiduċja pubblika fl-entitajiet pubbliċi ta’ Malta. L-allegati attivitajiet jikkostitwixxu ksur sever tal-fiduċja pubblika b’potenzjalment devastanti b’konsegwenzi għal individwi vulnerabbli li setgħu sfaw vittmi ta’ sfruttament.”

Is-soċjetajiet Aditus, Repubblika u l-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia qalu dan fi stqarrija fejn sostnew li huma wkoll jenfasizzaw il-ħtieġa urġenti li jiġu protetti l-vittmi tat-traffikar, li ħafna drabi jitħallew bla vuċi u esposti meta l-istituzzjonijiet pubbliċi jonqsu milli jiżguraw il-benesseri tagħhom.

“Nesprimu wkoll is-solidarjetà tagħna mal-impjegati pubbliċi kollha li jaħdmu b’diliġenza u in bona fede, jistinkaw , li jsostnu l-valuri tal-integrità u t-trasparenza quddiem il-korruzzjoni sistemika. Fid-dawl ta’ tant rivelazzjonijiet xokkanti, u għalhekk qed nappellaw għar-riżenja immedjata ta’ il-Ministru tal-Intern, Sigurtà u Impjiegi.”

Is-soċjetajiet Ċivili qalu wkoll li jistennew ukoll li jaraw b’mod sħiħ u effettiv li jsir kif xierqa
l- investigazzjonijiet dwar l-allegazzjonijiet kollha, bl-awturi kollha responsabbli ssir ġustizzja magħhom. Il-Partit Nazzjonalista wkoll qed jitlob ir-riżenja tal-Ministru Byron Camilleri u dan anke b’rabta mal-fatt li mhux jieħu azzjoni fost ħemel ta’ affarijiet oħra, dwar it-18,000 karta ta’ identità li ħarġu b’mod falsifikat.