Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn pipe ta’ apparat tal-konkos f’Ħal Qormi

Il-Ġimgħa għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Santa Katarina, Ħal Qormi.

Mill-istħarriġ li sar irriżulta li raġel, li għandu 25 sena u joqgħod Ħ’Attard, weġġa’ wara li ntlaqat minn pipe li tqaċċat minn ma’ apparat tal-konkos kawża ta’ xi ħsarat.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.