Robert Abela kellu jbiddel l-istatut tal-Partit Laburista biex ikun jista’ jikkontesta Alex Agius Saliba, dan hekk kif wara lagħa li saret fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista kien hemm qbil mid-delegati, li Membri Parlamentari u Membri Parlamentari Ewropew jkunu jistgħu jikkontestaw għal-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista.
Din kienet l-unika mod kif Abela seta’ jeħles minn Jason Micallef, l-eks Segretarju Ġenerali li ftit tal-jiem ilu kien ikkonferma hu stess li xtaq jikkontesta għal din il-kariga, però Abela wera biċ-ċar li ma xtaqx li Micallef jikkontesta għal din il-kariga meta qal li l-arloġġ jimxi biss il-quddiem.
Din kienet l-aħħar minn sensiela ta’ U-turns li wettaq Robert Abela f’dawn l-aħħar jiem, hekk kif illum stess kien konfermat li Rosianne Cutajar mill-ġdid ingħaqdet bħala Membru tal-Partit Laburista.
//= $special ?>