Lokali

Robert Abela kellu jċedi u jagħmel u-turn oħra dwar Rosianne Cutajar – PN

Wara li kien qal li trid tiskuża ruħha biex terġa’ tidħol lura fil-Partit Laburista, Robert Abela, għax dgħajjef, kellu jċedi u jdaħħal lura lil Rosianne Cutajar fil-Partit Laburista

Robert Abela kien keċċa lil Rosianne Cutajar u kien qal li jekk tiskuża ruħha jerġa’ jdaħħalha lura. Rosianne Cutajar baqgħet tisfidah u ma skużat ruħa qatt.

Issa, għax dgħajjef u jinġarr ma’ kull kurrent, Robert Abela qed jerġa jagħmel u-turn ieħor u jċedi biex idaħħal lil Rosianne Cutajar lura fil-Partit Laburista meta din għadha tisfidah sal-lum.