Futbol Sport

Spanja jiksbu l-midalja tad-deheb fil-futbol u jirbħu t-tieni unur dan is-sajf

Ritratt: EPA

Wara s-suċċess fl-EURO 2024, it-tim nazzjonali tal-futbol tal-irġiel ta’ Spanja rebħu wkoll il-midalja tad-deheb fil-finali fl-Olimpjadi meta fil-finali għelbu lil Franza 5-3, f’Parc de Princes f Pariġi. Enzo Millot poġġa’ lil Franza fil-vantaġġ fil-11 minuta bi Spanja jirreaġixxu permezz ta’ Fermin Lopez fi-18-il minuta, b’istess Fermin jirdopppja fil-25 minuta  u Alex Baena jagħmilhom 3-1 tliet minuti wara. Franza irreaġixxew fid-79 mintua minn freekick ta’ Michael Olise, qabel kien Jean Phillipe Mateta fid-90 minuta mill-11-il metru ma żbaljax għal 3-3. Minkejja li sforzaw il-ħin barrani, Spanja skorjaw il-gowl tar-rebħa fil-100 minuta permezz ta’ Sergio Camello, bl-istess Camello jagħmilhom 5-3 fil-120 minuta.