It-tim tal-Kanada rebaħ il-midalja tad-deheb fir-relay tal-4×100 metru hekk kif temmew it-tellieqa f’ 37.50 sekonda. It-tim tal-Kanada kien kompost mir-rebbieħ tal-midalja tad-deheb ta’ Tokjo tal-200 metru Andre de Grasse flimkien ma’ Aaron Brown, Jerome Blake u Brendon Rodney. It-tim tal-Afrika t’Isfel temmew fit-tieni post bil-midalja tal-fidda hekk kif daħlu f’ħin ta’ 37.57 skondi segwiti mill-Gran Brittanja f’ħin ta’ 37.61, għal-midalja tal-Bronż.
//= $special ?>Suċċess għat-tim Kanadiż fir-relay tal-4×100 metru
