Sport Sport Ieħor

Franza jirbħu l-finali tal-Volleyball tal-irġiel għat-tieni darba konsekuttiva

(Ritratt: EPA)

Franza ddefendew it-titlu Olimpiku tagħhom meta għelbu lill-Polonja fil-finali tal-Volleyball tal-riġiel bl-iskor finali jkun 3-0. Din hija t-tieni rebħa konsekuttiva għal Franza fil-finali wara li kienu rebħu d-deheb f’din il-kategorija f’Tokyo 2020. Franza huwa l-ewwel tim tal-Volleyball fil-kategorija li wettaq dan is-suċċess mill-Istati Uniti li rebħu żewġ titli konsekuttivi fil-1984 u fil-1988.

Kienet prestazzjoni dominanti immens mill-Franċiżi hekk kif bl-għajnuna tal-partitarji f’darhom stess huma mxew għar-rebħa bl-iskors ikunu 25-19, 25-20 u 25-23, b’ Quentin Jouffroy ikun fundamentali fl-ewwel partijiet tal-partita bis-serves straordinarji tiegħu.

Polonja kienu viċin li joħolqu diżappunt lejn l-aħħar tal-partita hekk kif Wilfredo Leon kellu sensiela ta’ serves tajbin, madankollu timeout fil-ħin preċiż għall-Franza kkonferma r-rebħa u deheb għall-ospitanti.

L-Istati Uniti rebħu l-Bronż hekk kif għelbu l-Italja l-ġimgħa li għaddiet.