Qorti

Il-Qorti ssib li l-arrest ta’ ‘Lilu King’ illegali wara li l-Pulizija ma nfurmawx lill-Maġistrat tal-Għassa

L-arrest ta’ Mohamed Ali Ahmed Elmushraty, magħruf aħjar bħala Lilu King ġie meqjus mill-Qorti bħala wieħed illegali u għaldaqstant ħareġ mill-binja tal-Qorti bħala raġel liberu.

Dan wara li s-Sibt filgħodu sar magħruf li l-arrest tal-Ħamis filgħaxija kien wieħed illegali hekk kif l-ispettur tal-Pulizija ma kienx informa lill-Maġistrat tal-Għassa bil-każ.

L-Avukat Difensur Franco Debono insista li l-Maġistrat kellu jkun infurmat f’temp ta’ 6 sighat mill-arrest biex dan ikun jista’ jivvalidah – u minkejja li Elmushraty kien barra b’liberta kundizzjonata…l-Maġistrat Nadia Helena Vella iddikkjarat li minħabba l-fatt li l-Maġistrat tal-Għassa ma kienx infurmat bl-arrest…iddikjaratu illegali u illiberat l-akkużat.

Dan ifisser li filwaqt li Elmushraty xorta waħda se jkollu jħabbat wiċċu ma akkużi li b’mod allegatament intenzjonat saq Mercedes Benz fuq vettura oħra waqt li kien qed isuq mingħajr liċenzja..bil-konsegwenza li ndarab raġel..huwa se jkun qed jagħmel dan barra u mhux miżmum arrestat.

Preżentament huwa jinsab barra fuq xejn inqas minn tlett bails – fi tlett każi kriminali separati.

Filwaqt li Elmushraty kien rappreżentat mill-Avukati Franco Debono, Adreana Zammit u Martina Herrera, huwa ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih.