It-tim tan-nisa tal-handball tan-Norveġja kisbu rebħa storika meta għelbu liċ-champions tal-handabll ta’ Tokyo 2020 fil-finali tal-handball tan-nisa għat-tielet midalja tad-deheb għan-Norveġja, bl-iskor finali jkun 29-21.
Il-protagonista fir-rebħa kienet bla dubju Henny Reistad li skorjat 8 minn 12-il xutt li tat lejn il-lasti tal-avversarji.
Stine Bredal Oftedal skorjat 5 gowls f’dan il-konfront hekk kif in-Norveġja rebħet it-tieni midalja tad-deheb f’din il-kompetizzjoni fl-istorja. Huma temmew fit-tielet post f’ Tokyo.
Għal Franza l-aqwa skorer kienet Orlane Kanor li skorjat 5 gowls.
L-iskor sal-ewwel taqsima kien iktar viċin minn dak li ntemmet il-partita bih, hekk kif kien 15-13.
Il-midalja tal-bronż marret għad-Danimarka li għelbu l-Iżvezja 30-25 u kisbu l-ewwel midalja Olimpika mill-2004.
//= $special ?>