Sport Waterpolo

It-tim Spanjol tal-waterpolo tan-nisa jirbaħ l-ewwel titlu Olimpiku bir-rebħa fuq l-Awstralja

Spanja rebħet l-ewwel midalja tad-deheb fil-waterpolo tan-nisa hekk kif għelbet lill-Awstralja fil-finali bl-iskor ta’ 11-9.

Ir-rebħa fuq l-Awstralja kien l-aħħar pass fil-mixja perfetta sal-finali tal-Ispanjoli. L-Awstraljana Sienna Hearn skorjat 6 minuti qabel tmiem il-partita biex tat il-vantaġġ lill-pajjiża, bl-Ispanjola Bea Ortiz tirrispondi immedjatament u ġġib l-iskor indaqs bir-raba’ gowl personali tal-partita.

Maica Garcia skorjat wara biex għamlet l-iskor 11-7, l-ikbar skor fil-partita.

Il-goalkeeper Spanjola Martina Terre kellha partita mpekkabli fejn wettqar 15-il save mill-24 xutt li faċċjat. L-aqwa skorer għall-Awstralja f’din il-partita kienet Alice Williams li skorjat 5 mid-9 gowls skorjati, filwaqt li Bea Ortiz kienet l-aqwa skorer għall-Spanja b’4 gowls.

L-Olanda rebħet il-Bronż meta għelbet lill-Istati Uniti bl-iskor minimu ta’ 11-10, b’dawn tal-aħħar ikunu dominanti fl-aħħar tlett edizzjonijiet tal-Olimpjadi, madankollu fallew milli jieħdu midalja f’Pariġi f’din il-kategorija.