Sport Sport Ieħor

Liu Huanhua jirbaħ id-deheb fil-Weightlifting tal-102kg

(Ritratt: EPA)

Iċ-champion tad-dinja Liu Huanhua kellu prestazzjoni stupenda hekk kif rebaħ il-102kg weightlifting b’total ta’ 406kg li huwa refgħa waqt is-serata.

Liu refgħa 186kg fi snatch biex tefa lilu nnifsu f’pożizzjoni tajba, pero l-Armen Garik Karapetyan irrisponda tajjeb u refgħa l-istess ammont mat-tielet prova tiegħu.

Ir-rebbieħ tad-deheb u l-atleta ta’ biss 22 sena ħareġ b’saħħtu fil-clean and jerk fejn refgħa 220kg fl-ewwel prova tiegħu, fejn iktar tard refgħa iżjed piż, madankollu ma kienx validu minħabba xi movimenti f’idejh.

Liu ukoll ipprova jikser ir-rekord dinji tiegħu li stabilixxa f’ Phuket fit-Taljandja, madankollu ma rnexxilux iwettaq dan.

Akbar Djuraev temm fit-tieni post,  l-atleta mill-Uzbekistan refgħa total ta’ 404kg biex rebaħ il-fidda,

Yauheni Tsikhantsou mill-Belarus temm fit-tielet post b’total ta’ 402kg li refgħa.