Futbol Sport

Manchester City jibdew l-istaġun bl-aħjar mod b’rebħa fuq ir-rivali fil-finali tal-Community Shield

(Ritratt: EPA)

Manchester City rebħu l-ewwel Community Shield f’5 snin hekk kif għelbu lir-rivali eterni Manchester United permezz tal-għoti tal-penalties wara l-ħin barrani, bl-iskor wara 90 minuta jkun 1-1 permezz tal-gowl fl-aħħar minuti ta’ Bernardo Silva, u l-iskor wara l-għoti tal-penalties ikun 7-6.

Alejandro Garnacho ħaseb li assigura mir-rebħa hekk kif meta kien biss fadall 8 minuti logħob huwa fetaħ l-iskor permezz ta’ kontrattakk maħdum tajjeb mill-captain Bruno Fernandes, bl-arġentin jikkonkludi fil-baxx b’xutt potenti.

Ftit minuti qabel tmiem il-partita, azzjoni maġika taż-żagħżugħ Norveġiż Oscar Bobb li jilgħab ballun għoli fil-kaxxa lejn wieħed mill-iqsar plejers fil-grawnd, il-Portuġiż Bernardo Silva, b’dan tal-aħħar jaqbeż il-fuq minn Facundo Pellistri u jitfa’ ġewwa x-xibka bir-ras, bl-iskor ikun 1-1 sad-90 minuta. Wara nofsiegħa oħra bla gowls, il-partita marret għall-għoti tal-penalties, bis-Citizens ifallu l-ewwel penalty permezz tal-istess skorer Bernardo Silva, biex evenwalment rebħu bl-iskor ta’ 7-6 wara li Jadon Sancho u l-veteran Johnny Evans fallew il-penalties tagħhom għal Manchester United.