Persuna u sewwieq ta’ mutur kellhom bżonn attenzjoni medika wara li kienu involuti f’inċident fi Triq Burmarrad.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li mara ta’ 39 sena
residenti San Pawl il-Baħar intlaqtet minn mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 45 sena
residenti San Pawl il-Baħar, b’konsegwenza li t-tnejn li huma ġarrbu xi ġrieħi.
Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħedu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar
tard iż-żewġ persuni kienu ċċertifikati bi ġrieħi gravi. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
Il-każ seħħ ftit wara s-2PM tas-Sibt waranofsinhar meta għal xi raġuni persuna li s’issa l-identità tagħha għadha mhux magħrufa spiċċat allegatament ittajret minn mutur.
Fil-post ġie imsejjaħ minnufih tim mediku kif ukoll uffiċjali tal-Pulizija li għalqu t-triq għal xi ħin.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
