Illum, għall-ħabta tad-9.00AM il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħa fl-inħawi tal-White Rocks, f’Baħar iċ-Ċagħaq.
Mill-istħarriġ preliminari li sar jidher li raġel ta’ 65 sena residenti Raħal il-Ġdid, waqa’ waqt li
kien miexi fuq xi blat viċin tal-baħar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet.
Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. Il-Pulizija
għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.