F’stqarrija Beppe Fenech Adami ix-Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ saħaq kif Il-ħatra ta Randolph Debattista minn Robert Abela bħala Ambaxxatur hija każ ieħor ta’ kif Robert Abela, għax qed jegħreq, lest jarmi l-interess ta’ pajjiżna biex jipprova jindirizza l-inkwiet intern fil-Partit tiegħu.
Din il-ħatra hija daqqa ta’ ħarta għal tant nies fid-diplomazija, li huma kwalifikati, u li jistgħu jokkupaw dawn il-pożizzjonijiet tant delikati
Robert Abela rema l-wegħda tal-meritokrazija biex jaqdi lil tal-qalba
Malta jistħoqqilha ħafna aħjar.
Dan il-pajjiż għandu bżonn bidla, fejn l-interess nazzjonali jiġi qabel kollox
Dan jista’ jagħmlu biss il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>