ĦAMRUN SPARTANS……………….1
SLIEMA WANDERERS……………….2
Ħamrun Spartans: F.Da Paz,M.Ellul, S.Xerri, L.Montebello, T.Barboza (D.Letherby 56’), J.Mbong, R.Prsa, E.Freitas (V.Da Silza 56’), W.Barros (S.Attard 80’), M.Mayron (R.Camenzuli 73’), Lopes
Sliema Wanderers: K.Emeka, J.Birg, A.Magri Overand (C.Attard), V.Plut (C.Attard 75’) M.Beerman (N.Strickland 90’), G.Alcino, S.Da Silva (N.Frendo 62’), H.Freire, G.Acheampong (S.Gomes 75’), S.Zibo, S.Pisani
Imwissija: J.Mbong 55’ (Ħ), G.Alcino 36’ (S), S.Zibo 60’ (S)
Skorjaw: G.Acheampong 15’, H.Freire 49’ (S), L.Raphael 90’ (Ħ)
Tkeċċa: S.Pisani 65’ (S)
Referee: Alex Johnson
Assistenti Referees: Mark Ciantar u Vasil Vasilev
Sliema Wanderers temmew il-preparazzjoni għall-istaġun 2024/25 bl-aħjar mod hekk kif rebħu l-ewwel edizzjoni tas-Summer Cup meta għelbu liċ-champions renjanti Ħamrun Spartans bl-iskor ta’ 2-1.
Din il-finali mhux biss swiet ta’ preparazzjoni għall-istaġun li ġej għal dawn it-timijiet, iżda anke’ tatna ftit togħma ta’ dak li jista jseħħ ftit xhur oħra fil-finali tas-Super Cup bejn dawn iż-żewġ timijiet.
Sliema marru fil-vantaġġ wara kwarta logħob permezz tal-istilla Geoffrey Acheampong li tefgħa wara Da Paz, bil-Wanderers iżidu mal-iskor fid-49 din id-darba minn penalty skorjat minn Murilo Henrique li wasal mill-handsball ta’ Mbong.
Il-Ħamruniżi skorjaw gowl fit-93 minuta bit-tama’ li jagħmlu l-iskor indaqs permezz ta’ Raphael Lopes Silva, madankollu kien tard wisq.
Sliema jiftħu l-impenji l-ġimgħa kontra Mosta fit-8:15pm, filwaqt li l-Ħamruniżi se jkunu qed jilagħbu kontra n-neo-promossi Żabbar St.Patricks il-Ħadd fis-6:15pm.
Luke Montebello bil-pussess tal-ballun għal Ħamrun (Ritratt: Joseph Galea)
//= $special ?>