Sfortunatament tifel ta’ tliet snin tilef ħajtu wara li waqa’ f’pixxina f’residenza fix-Xagħra Għawdex.
L-inċident seħħ is-Sibt waranofsinhar għall-ħabta tal-4:15 f’residenza fi Triq il-Kortoll.
Il-Pulizija marret fil-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li t-tifel kien waqa’ f’pixxina tar-residenza u sab ruħu f’diffikultà.
Huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn uffiċjali tal-Pulizija li kienu fil-post, b’tim mediku jassisti ftit tal-ħin wara u permezz t’ambulanza ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Sfortunatament it-tifel kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat Brigitte Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>