F’ittra miftuħa lill-Prim Ministru Robert Abela u dak li sa issa huwa d-deputat Laburista Randolph De Battista, l-Għaqda Repubblika saħqet li l-poplu Malti mhux il-karus tal-Partit Laburista. L-ittra tgħid: “Imisskom tistħu. Issa xbajna narawkom tużaw it-taxxi tagħna u l-ħatriet pubbliċi ta’ pajjiżna biex taparsi ssolvu l-problemi ta’ bejnietkom.
“Ma nifilħux narawkom titħanżru aktar waqt li tippriedkawlna l-meritokrazija u l-politika progressiva. Il-kliem vojt tagħkom ma jfisser xejn. Li jgħodd huma d-deċiżjonijiet li tieħdu. Ġibtu l-pajjiż, l-istituzzjonijiet u l-uffiċċji pubbliċi daqs li kieku huma propjetà tagħkom li tqassmu kif tridu biex ma taqilgħux inkwiet lil xulxin”.
L-ittra tisħaq ukoll li Ambaxxatur għandu jirrapreżenta lill-pajjiż mhux lill-Partit Laburista. Ambaxxatur huwa mħallas mill-poplu u mhux mill-kuntratturi li jiffinanzjaw il-Partit Laburista. Ambaxxatur għandu jinħatar għax kapaċi u mhux biex ma jaqlax inwkiet lill-Partit Laburista.
“Kulma qed tgħidu lill-uliedna huwa biex ma jistinkawx u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom. L-importanti huwa li tkun fil-qalba tal-klikka. Imisskom tistħu għal darb’oħra, tgħid l-ittra. .
//= $special ?>