OTTERS NIVEA…………. 10
EXILES WELBEE’S…….. 15
(3-5), (2-5), (2-3), (3-2)
It-tieni unur tas-sena għal Exiles Welbee’s wara li fil-finali għelbu lil Otters Nivea u b’hekk għadhom b’ċans għal doppjetta fl-Ewwel Diviżjoni. Aktar kmieni din is-sena, huma rebħu l-Kampjonat tax-Xitwa fl-istess diviżjoni. Drasko Gogov kien il-protagonist prinċipali hekk kif skorja disa’ gowls.
Exiles bnew vantaġġ bikri li wassal biex Otters kellhom jiġru wara r-riżultat tul il-logħba kollha. Il-vantaġġ ta’ Exiles saħansitra kiber għal 8-3 fit-tieni sessjoni. Otters naqqsu d-distakk b’żewġ gowls konsekuttivi iżda Exiles żammew il-vantaġġ komdu sa tmiem it-tieni sessjoni.
Mark Meli reġa’ fetaħ tamiet għal rimonta diffiċli b’doppjetta fit-tielet sessjoni iżda d-doppjetta ta’ Gogov u l-gowl ta’ Nicky Paris prattikament aċċertaw ir-rebħa għal Exiles b’vantaġġ ta’ 13-7. Huma amministraw l-aħħar sessjoni u kien jonqos biss li wara t-tisfira finali, il-captain Kurt Griscti jirċievi t-trofew mill-President tal-ASA Karl Izzo u l-Uffiċjal tal-BOV Ernest Agius.
Otters: M. Xerri, M. Bonnici, K. Scicluna (2), K. Micallef, M. Meli (5), D. Dimech, I. Azzopardi, S. Dimech, L. Dimech (2), P. Smiljevic, M. Farrugia, A. Dimech (1), M. Grech, T. Mifsud
Exiles: Z. Dzanovic, Z. Cutajar Licari (1), Z. Micallef, D. Pace Lupi, M. Martellacci (1), N. Bonavia, D. Gogov (9), K. Griscti (1), N. Paris (1), K. Tanti (1), M. Fenech, N. Saliba (1), G. Galea Curmi, S. Cutajar Casha
Referees: Ronnie Spiteri, Max Gerasimov
//= $special ?>