Internazzjonali

L-Afrika t’Isfel:  Konkors tas-sbuħija karatterizzata mill-kontroversja….u mewġa ta’ ‘trolling’

Mara li hi nieqsa mis-smigħ kienet inkoronata Miss South Africa fil-finali ta’ konkors tas-sbuħija karatterizzata mill-kontroversja…Dan  wara li waħda mit-tfajliet iddeċidiet li tirtira b’riżultat tal-bullying online min-nies li ma aċċettawhiex bħala konkorrenta minħabba li missierha huwa Niġerjan.

Sadanittant, ir-rebbieħa, Mia le Roux, esprimiet tama li s-suċċess tagħha iservi bħala ispirazzjoni għal kulimin għandu xi difett fiżiku jewli jħossu eskluż mis-soċjetà biex huma jirrealizzaw il-ħolm ta’ ħajjihom….’l-istess bħalma ġara lilha’.

Madankollu, il-kontroverjsa ma battietx fir-rigward tal-konkorrenta Chidimma Adetshina, studenta tal-liġi, li rtirat mill-konkors wara allegazzjonijiet li ommha setgħet serqet l-identità ta’ mara oħra biex taħbi l-fatt li hi mwielda l-Mozambique.

Dan waqt li Ministru tal-Kabinett tal-Afrika t’Isfel ikkuntesta direttament id-dritt ta’ Adetshina li tirrappreżenta  pajjiżu waqt il-konkorsi tas-sbuħija internazzjonali.