Staġun impressjonanti min-nisa ta’ Sirens hekk kif rebħu kull unur possibli f’dan l-istaġun u rebħu l-BOV knockout għall-ewwel darba meta għelbu lil Sliema. L-iskor finali tal-partita kien 14-11.
Sirens bdew fuq sieq tajba u ħadu l-vantaġġ fil-bidu tal-ewwel sessjoni, bl-iskor ikun 4-0. Sliema rnexxielhom inaqqsu l-iskor b’żewġ penalties ta’ Sara Centini, madankollu botta u risposta hekk kif il-captain ta’ Sirens Denise Micallef tiskurja fl-aħħar mumenti biex tagħmel l-iskor 6-3.
Sirens daħlu għall-bidla tan-naħat bl-iskor ta’ 8-4, bl-iskor fit-tielet sessjoni jkun 11-7.
Finalment l-iskor finali kien 14-11, b’Sirens jirċievu n-Knockout Trophy mingħand Ernest Agius u Randolph Cauchi, Chief Operations Officer fil-BOV u Viċi President tal-ASA ta’ Malta rispettivament.
Sena stupenda għal Sirens li dan l-istaġun rebħu ukoll il-ASA Super Cup, il-BOV Winter League u l-BOV Summer Championships.
//= $special ?>