SAN ĠILJAN JP PROJECTS….. 13
SLIEMA FRANK SALT…………… 17
(3-5), (5-5), (2-3), (3-4)
Sliema Frank Salt kisbu l-ewwel knock-out mill-2013 wara li b’wirja superlattiva għelbu lil San Ġiljan JP Projects. Giacomo Cannella kien l-eroj tat-tim hekk kif mhux biss spiċċa l-aqwa skorer tal-logħba, iżda wera għaliex id-diriġenza Slimiża għażlet lilu bħala l-barrani tat-tim. Għal San Ġiljan din kienet waqfa wara rebħ ta’ għaxar kompetizzjonijiet konsekuttivi filwaqt li waqfet is-sensiela ta’ erba’ rebħiet konsekuttivi f’din il-kompetizzjoni.
Cannella skorja tripletta fl-ewwel sessjoni li Sliema rebħuha 5-3 iżda t-Taljan kompla jisraq ix-xena b’erba’ gowls oħra fosthom ukoll xuttijiet preċiżi. Sliema kellhom vantaġġ ta’ 10-6 sa nofs it-tieni sessjoni iżda gowls ta’ Darren Zammit u Aaron Younger qatgħu d-distakk għal żewġ gowls.
F’żewġ okkażjonijiet fit-tielet sessjoni, San Ġiljan kellhom iwieġbu mill-ewwel għall-gowls tal-avversarji sakemm il-gowl taż-żagħżugħ Jayden Cassar f’azzjoni mill-isbaħ kabbar il-vantaġġ għal 13-10.
San Ġiljan baqgħu jittamaw u naqqsu d-distakk għal 13-12 u saħansitra fallew man-up doppju, b’Cannella jagħlaq il-logħba bi tripletta oħra. Iċ-ċelebrazzjonijiet Slimiżi laħqu l-qofol tagħhom mat-tisfira finali u meta l-captain John Brownrigg irċieva t-trofew mingħand il-President tal-ASA Karl Izzo li kien akkumpanjat mill-Uffiċjal tal-BOV Ernest Agius.
San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli (1), D. Tully, R. Caruana, A. Younger (3), M. Zammit (2), J. Bonavia (1), J. Zammit, J. Abela (3), N. Zammit, D. Zammit (3), N. Schiavone, G. Borg, G. Bonavia
Sliema: N. Grixti, E. Schembri, L. Galea (1), J. Gambin (1), G. Cannella (10), B. Cachia, J. Cutajar (2), D. Rizzo (1), J. Brownrigg, A. Galea, Z. Mizzi, D. Zammit (1), M. Castillo, J. Cassar (1)
Referees: Massimo Angileri, Luca Bianco
//= $special ?>