Sport

Ċerimonja tal-għeluq fi Stade de France  tat-XXXIII Edizzjoni tal-Olimpjadi PARIĠI2024

Skont it-tradizzjoni iċ-ċerimonja ġarret magħha protokoll tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali fejn għal kuntrarju taċ-ċerimonja tal-ftuħ li saret fuq ix-xmara Seine, tmiem l-Olimpijadi kien iċċelebrat f’Saint Denis, fi Stade de France.

Fuq il-palk prinċipali biex jirrappreżentaw il-kontinenti, l-atleti Cindy Ngamba għat-Tim ta’ Refugjati, l-atleta Kenjan Eliud Kipchoge għall-Afrika, Mijan Lopez tal-lotta għall-Amerika, il-judoka Teddy Riner għall-Ewropa, l-għawwiema Emma McKeon għall-Oċeanja u Sun Yingsha taċ-Ċina għall-Asja.

Mal-indirizzi ta’ Thomas Bach, President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali; u Tony Estanguet, responsabbli mill-Kumitat Organizzattiv PARIĠI2024; is-Sindku ta’ Los Angeles Karen Boss flimkien ma’ Simone Biles, irċeviet il-bandiera Olimpika mingħand Anne Hidalgo, Sindku ta’ Pariġi. Mil-lum, issa l-attenzjoni tkun fuq Los Angeles 2028 .

Tfaċċa wkoll Tom Cruise li b’mod spettakolari li mill-ajru, b’mutur u b’ajruplan,  witta t-triq għal Los Angeles 2028 fejn il-bandiera Olimpika għaddiet għand il-leġġenda tal-atletika Michael Johnson. Fl-istess waqt f’Los Angeles beda l-ispettaklu provdut minn Billie Eilish, Snoop Dog, Red Hot Chilly Peppers u  Taylor Swift.

Tmiem l-Olimpijadi li ngħata l-isem ta’ RECORDS, l-istess bħaċ-Ċerimonja tal-Ftuħ, kien f’idejn id-Direttur Eżekuttiv Thierry Reboul u Direttur Artistiku Thomas Jolly.

Ma naqsitx ukoll il-parata tal-atleti fejn il-bandiera Maltija fiċ-Cerimonja tal-Għeluq ingarret mill-Judoka Katryna Esposito li l-bieraħ iċċelebrat ukoll għeluq sninha. Qabel intfiet il-fjamma Olimpika nġarret mill-għawwiem Franċiż Leon Marchand.

Thomas Back fl-aħħar ġedded l-appuntament tal-atleti għal Los Angeles 2028.