Sport

Danny Scicluna jasal sal-fażi tal-aħħar 16 fl-International Transalpine Trophy

Iż-żewġ żgħażagħ Maltin, Danny Scicluna u Julia Bonnici, komplew bl-impenji tagħhom fl-International Transalpine Trophy li qed issir f’Bardonecchia, fl-Italja.

Iż-żewġ plejers lagħbu fil-kategorija individwali fejn spikka Danny Scicluna li rnexxielu jikseb riżultati tajbin fi grupp 3 wara rebħiet identiċi ta’ 3-0 kontra Kevin Papini u Adriano Calabrese. Hu rnexxielu jgħaddi sar-round tas-16 fejn hemmhekk ġie eliminat minn avversarju Ungeriż.

Min-naħa tagħha, Julia Bonnici ġiet eliminata mill-fażi tal-gruppi wara telfiet kontra Arianna Pesce u Giulia Trozzo.