Eluf ta’ residenti f’Ateni qed jabbandunaw djarhom waqt li ‘ħajt kbir tan-nirien’ , xprunat mill-irwiefen, qed javviċina l-periferiji tal-kapitali Griega.
Dan fost rapporti li n-nies fl-inħawi bilkemm jistgħu jieħdu n-nifs bl-arja tal-ħruq u meta t-temperaturi għoljin ukoll kienu qed jiggravaw is-sitwazzjoni. Fl-istess ħin, id-dħaħen suwed telgħin mill-inħawi anki oskuraw is-sema sal-punt fejn iz-zoni residenzjali spiċċaw koperti minn sħaba griża.
Fl-aħħar sigħat ukoll qabdu diversi djar f’Varnavas, lejn il-grigal ta’ Ateni – waqt li saret evakwazzjoni urġenti minn sptar tat-tfal, kif ukoll minn faċilità medika fil-qrib.
Dan waqt li mijiet kbar ta’ firefighters qed jikkumbattu l-fjammi li ilhom mill-Ħadd jinfirxu lejn il-limiti tal-kapitali. Intant, in-nirien ikkaġunaw anki l-isplużjonijiet qalb il-karozzi parkjati u t-tankijiet tal-fuel fid-djar abbandunati.
Skont l-aħħar rapporti, l-awtoritajiet Griegi kienu qed jitlobu l-għajnuna ta’ Spanja u l-Kroazja biex huma jikkumbattu lill-fjammi b’mod aktar effettiv.
//= $special ?>