Permezz ta’ filmat fuq il-midja soċjali l-MŻPN u Team Start fakkru l-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ fejn intqal li l-kontribut taż-żgħażagħ fis-soċjetà huwa essenzjali u jeħtieġ il-vuċi tagħhom fuq diversi materji li jolqtuhom, tinstema’.
Dan apparti li f’dan il-filmat li ġie ppubblikat minn MŻPN flimkien ma’ Team Start u x-Shadow Minister Bernice Bonello ħabbru li fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed iniedu pjattaforma ġdida fejn iż-żgħażagħ jistgħu jsemmgħu leħinhom.
Ara l-filmat hawnhekk: https://www.facebook.com/MZPN.MT/videos/477444585158191
//= $special ?>