Lokali Qorti

Sitt xhur ħabs wara li kiser il-pleġġ waqt il-marċ ta’ San Gejtanu

Isaac Grech ta’ 23 sena mill-Marsa ġie kundannat sitt xhur ħabs wara li ammetta li kiser il-kundizzjonijiet tal-helsien mill-arrest waqt il-marc ta’ San Gejtano fil-Hamrun. Iż-żagħżugħ għandu problema akuta ta’ droga li waslitu biex ikollu bżonn ta’ għajnuna psikjatrika.

Quddiem il-Magistart Leonard Caruana, ingħad li fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd Grech inqabad jikser il-ħin ta’ rinkażar, wara li attenda l-marż ta’ San Gejtano. Grech kien diġa l-ħabs iżda kien barra fuq pleġġ fejn jinsab għaddej proċeduri fuq kaijiet ohra pendenti.

Huwa jinsab mixli b’pussess aggravat tad-droga u serq bl-armi f’hanut ewlieni ġewwa Rahal Gdid. Il-prosekuzzjoni qalet li Grech kien qabad it-triq it-tajba iżda kif ħareħ mill-ħabs reġa’ qabad kumpanija hażina u anke beda jabbuża mill-ġdid mid-droga. Qalet ukoll li żgħaħugħ għndu bżonn l-għajnuna, u jkun aħjar li jibda programm ta’ rijabilitazjzoni.

Grech ammetta l-akkużi miġjubin kontrih bil-prosekuzzjoni u d-difiża jaqblu li apparti l-piena, jeħtieġ jingħata ordni ta’ trattament.Il-Qorti sabet liż-żagħżugħ ħati fuq ammissjoni tiegħu stess u kkundannatu sitt xhur priġunerija u mponiet ordni ta’ trattament għall-abbuż mid-droga u għajnuna psikjatrika għal sena mill-illum.