Il-kantanta superstar Amerikana Taylor Swift spiċċat kostretta li tgħix taħt lockdown strett fl-aħjar interessi tas-sigurtà – u waqt li hi qed tħejji għal numru ta’ kunċerti li se jsiru f’Londra din il-ġimgħa.
Il-miżuri tas-sigurtà huma inevitabbli wara li kien żvelat kumplott terroristiku kontra l-ħajja tal-kantanta u tan-nies li, jiem ilu, kellhom jassistu għall-kunċerti ta’ Swift fi Vjenna, il-kapitali Awstrijaka….Kunċerti li tħassru waqt li l-pulizija investigaw il-kumplott għat-terrur li kellu jitwettaq f’isem l-ISIS.
Intant, Taylor Swift – akkumpanjata miż-żeffiena tagħha – min-nhar il-Ħamis se timpenja ruħha għal ħamest iljieli konsekuttivi ta’ kunċerti f’Wembley Stadium. Dan bħala parti mill-Eras Tour li, qabel id-drama fi Vjenna, kien qed jirriżulta fl-areni tad-divertiment u stadiums pakkjati bil-fans tal-kantanta.
Fil-fatt, ħadd ma ra jew sama’ dwar Taylor Swift mindu tħassrulha l-impenji fi Vjenna – u fost rapporti li s-sigurtà ta’ madwarha hu fuq l-istess livell tas-sigurtà li s-soltu jingħata lil President ta’ pajjiż. Il-kunċerti tagħha f’Londra, intant, anki se jkunu sorveljati mill-entitajiet li jispeċjalizzaw fil-prekawzjonijiet kontra t-terroriżmu.
//= $special ?>