Ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:00pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li raġel li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, intlaqat minn Toyota Ractisli kienet qed tinstaq minn Mara ta’ 61 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>