Lokali

Erba’ preżentaturi femminili maħbuba minn bosta għall-Konkors Kanzunetta Indipendenza

Valerie Vella, Eileen Montesin, Christine Haber u Louise Tedesco se jkunu l-preżentaturi tal-Konkors Kanzuntta Indipendenza ta’ din is-sena.

Il-Konkors se jittella’ nhar il-Ħadd 8 ta’ Settembru f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi l-Belt Valletta bil-konkors se jibda fit-20:30 ta’ filgħaxija.

Il-biljetti se jkun għal bejgħ mill-14 ta’ Awwissu li ġej.

Il-Konkors Kanzunetta Indipendenza huwa avveniment li jkun mistenni minn bosta dan għaliex huwa festa tat-talent lokali fejn il-parteċiparni kollha jkantaw diska oriġinali bil-Malti.

Il-Preżentaturi ta’ din is-sena huma erbgħa nisa ta’ ħafna esperjenza fix-xena tad-divertiment li lkoll ppreżentaw ħafna programmi kemm fuq it-televiżjoni kif ukoll fuq ir-radju u li huma maħbuba ferm mil-Maltin u l-Għawdxin.

Il-finali ta’ din is-sena tinkludi 20 kanznetta oriġinali u l-aveniment jixxandar ukoll b’mod dirett fuq Net Television.>>>>