Raġel ta’ 60 sena residenti n-Nadur Għawdex tilef ħajtu wara li waqa’ minn fuq il-bejt tar-residenza tiegħu stess.
L-inċident seħħ it-Tlieta filgħodu għall-ħabta tat-8:00 f’residenza li tinsab fi Triq id-Duru.
Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li r-raġel, kien waqa’ minn fuq il-bejt tad-dar tiegħu għal xaft tas-sit.
Sfortunatament, il-vittma kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Brigette Sultana li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata dan filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>