Lokali

‘Il fuq minn 50% tal-Maltin ma qrawx ktieb wieħed fl-2022

‘Il fuq minn 50% tal-poplu Malti u Għawdxi ma qrawx ktieb wieħed fl-2022, ftit iżjed mill-medja tal-Ewropa li tammonta għal madwar 47%.

Dan ħareġ fi statistika tal-Eurostat ippublikata fid-9 t’Awwissu, b’kommemorazzjoni għall-Jum Internazzjonali ta’ Min Iħobb il-Kotba, li fiha ħabbru d-dettalji ta’ kemm qraw kotba l-popolazzjoni ta’ kull stat membru tal-Unjoni Ewropea.

Fiha sostnew li madwar 30% tal-Maltin qraw inqas minn 5 kotba matul l-2022, wieħed mill-inqas fl-Ewropa.

Minn naħa l-oħra l-pajjiżi li qraw l-iżjed kotba huma l-Lussemburgu, id-Danimarka u l-Estonja, hekk kif iżjed minn 70% tal-popolazzjoni qraw il-kotba matul is-sena 2022.

L-inqas pajjiżi li qraw kotba kienu l-Italja, iċ-Ċipru u r-Rumanija b’inqas minn 40% tal-popolazzjoni qraw kotba fl-2022.

L-istudju kkonkluda li l-grupp ta’ età li jaqra l-aktar huwa dak ta’ bejn is-16 u d-29 sena b’60.1%. Ir-riżultati nqasmu wkoll skont is-sess, li juru li 60.5% tan-nisa fl-Unjoni Ewropea jaqraw aktar kotba mill-irġiel.

Din ix-xejra ġiet osservata wkoll meta tqabbel in-numru ta’ kotba li jinqraw, bin-nisa dejjem qraw aktar kotba.