Lokali

Il-gideb ta’ One News mhux jitwemmen mill-poplu

“Kemm taħsbu li aħna l-Maltin boloh.

Kemm taħsbuna ċwieċ.

Illum mhux l-ewwel ta’ April.”

Dawn huma ftit mill-baraxx ta’ kummenti li kien hemm taħt l-istorja ta’ ONE News fejn qalu li Malta għandha l-ogħla kwailtà ta’ilma għax xorb fid-dinja. Dawn il-kummenti qed juru iswed fuq l-abjad li issa l-poplu Malti u Għawdxi m’għadux jemmen il-gideb li l-Partit Laburista qed jipprova jwassal.

Fil-kummenti bosta kienu dawk li kitbu dwar il-fatt li l-ilma tal-vit ta’ Malta lanqas biss hu tajjeb biex timla l-kitla bih għax mimli ġebel. B’persuna partikolari tgħid li dan wassal biex saħansitra bosta Maltin ibagħtu bil-ġebla.

B’oħrajn jgħidu li l-ilma Malti huwa mimli klorin u sadid. Waqt li uħud mill-kummenti direttament staqsew lil ONE news għalfejn qed jibqgħu jigdbu, u qed jibqgħu jgħaddu ż-żmien bin-nies.

Numru ta’ persuni spiċċaw ukoll jiktbu kummenti sarkastiċi,  waqt li oħrajn saħansitra spiċċaw jistaqsu jekk l-ilma hux ġej mill-bajja tal-ballutta, li sa ftit tal-jiem ilu kienet għadha kkontaminata bid-drenaġġ.

Intant, kien hemm dawk li qalu li l-ilma ta’ spiss qed ikun kannella u mimli sadid, u għalhekk dan l-ilma lanqas biss ikun tajjeb biex jintuża għall-ikel u allura żgur li mhuwiex tajjeb li wieħed jixrob dan l-ilma.