Il-ġurnali tat-Tlieta kienu ddominati mill-aħbar traġika tal-jum ta’ qabel hekk kif inqatlet Nicolette Ghirxi mill-eks sieħeb tagħha – storja li ġiet deskritta bħala qsim ta’ qalb.
Sfortunatament, hija ġiet iċċertifikata mejta fil-post, propju fl-appartament tagħha fil-limiti ta’ Birkirkara.
Il-faċċati tal-ġurnali kollha tkellmu dwar din l-aħbar traġika dan filwaqt li kien hemm numru ta’ artikli li żvelaw kif l-aggressur Edward Johnston kien juża fake profiles biex jiffastidja lill-vittma.
Infatti propju erbat ijiem qabel dan il-qtil, Ghirxi kienet bagħtet email lill-Pulizija dan wara li kellha suspett li Johnston ġie lura Malta. Iżda minn naħa tiegħu f’konferenza tal-aħbarijiet il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà qal li l-email tagħha kienet meqjusa bħala low-risk. Dikjarazzjoni li kienet ikkritika minn eluf ta’ persuni li saħqu li l-istat falla mara oħra.
Intant, numru ta’ persuni permezz ta’ posts fuq il-midja soċjali sellmu l-memorja ta’ Nicolette Ghirxi fejn qalu li kienet tagħmel xogħolha b’dedikazzjoni kbira u kienet tgħin lil kulħadd.
//= $special ?>