Il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika ikkundannat dak li sejjħet femiċidju, ta’ Nicolette Ghirxi li sfat maqtula mill-eks sieħeb tagħha bejn il-lejl tal-Ħadd u t-Tnejn li għadda.
Fl-istqarrija, il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika stqarret illi sakemm isiru magħrufa aktar dettalji mill-investigazjonijiet, il-Kummissjoni tinnota li dan il-femiċidju huwa t-tieni wieħed ta’ din is-sena. Wara li f’Jannar li għadda, Sandra Ramirez kienet inqatlet mill-eks sieħeb tagħha. Ħafna drabi, il-femiċidju jseħħ f’kuntest domestiku fejn il-vitma tinqatel mis-sieħeb jew mill-eks sieħeb wara numru ta’ esperjenzi abbużivi fis-soċjetà, bil-Kummissjoni tispjega li dawn jimmanifestaw ruħhom f’diversi forom ta’ vjolenza, bl-agħar manifestazzjoni ta’ vjlenza abbażi tal-ġeneru tkun il-femiċidju.
Il-Kummissjoni fakkret kif f’dan il-każ, ġie rrappurtat li l-aggressur kien kontinwament jagħti fastidju lill-vittma qabel ma sar il-femiċidju. Fejn spjegaw li l-fastidju jimmanifesta ruħu f’forom differenti ta’ imġieba ripetuta li ma tkunx mixtieqa.
Fl-istqarrija huma spjegaw ukoll illi skont is-Survey on Safety and Wellbeing li sar mill-Uffiċju tal-Istatistika fl-2022, ħareġ illi 76.3% tal-persuni li esperjenzaw imġiba ripetuta mhux mixtieqa ma għamlux rapport tal-aħħar inċident lill-pulizija. B’55.1% ta’ dawn is-76.3% tal-persuni jħossu li l-esperjenza tagħhom ma kinitx waħda serja.
Fid-dawl ta’ dan huma enfasizzaw l-importanza ta’ responsabbiltà u azzjoni kollettiva sabiex vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru jingħataw l-appoġġ mistħoqq, filwaqt li ħeġġet sabiex il-vittmi jirrappurtaw dawn l-esperjenzi u jfittxu l-għajnuna professjonali.
//= $special ?>