Lokali

Kull rapport ta’ fastidju għandu jiġi indirizzat immedjatament – Il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa

Daqshekk dewmin u daqsekk skużi.

Hekk saħaq il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa fi stqarrija fejn sostniet li l-poplu għandu jssema’ leħnu u jgħid issa daqshekk. Kull rapport ta’ fastidju għandu jiġi indirizzat immedjatament hekk kif kull ħajja tfisser ħafna u għalhekk jeħtieġ li titieħed azzjoni issa biex dawk li huma f’riskju ma jispiċċawx l-istess bħal Nicolette Ghirxi.

Il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa tenna li l-awtoritajiet għandhom jimplimentaw liġijiet iktar stretti sabiex jinvestigaw kull rapport ta’ fastidju li jiġi mressaq.

Id-dewmien dwar din l-azzjoni ma kelliex tkun għażla, żiedu jgħidu l-Kunsill Nazzjonli tan-Nisa.

Il-Kunsill ta wkoll il-kondoljanzi lill-familja u l-ħbieb ta’ Ghirxi u appella biex dawk kollha li jafu lil xi ħadd li qed jespernjenza xi vjolenza jew abbuż biex jagħmlu rappport lil awtoritajiet.