Lokali

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal għamlu talba għall-informazzjoni dwar il-preżenza tat-tfal li jżuru l-ġenituri f’Kordin

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal irċieva t-tħassib mressaq mill-Professur Andrew Azzopardi
dwar il-preżenza tat-tfal meta jmorru jżuru l-ġenituri tagħhom fil-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin.

L-Uffiċċju rringrazzjawh tal-informazzjoni li għaddielna fl-aħjar interessi tat-Tfal.


Fi Stqarrija il-Kummissarju spjegat li diġa’ għamlet talba għall-informazzjoni dwar din is-sitwazzjoni, sabiex l-Uffiċċju jkun jista’ jagħmel il-proposti meħtieġa sabiex nissalvagwardjaw id-drittijiet tat-Tfal skont
il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet tat-Tfal.