Sport Waterpolo

Marsaskala jisfurzaw il-logħba deċiżiva u Marsaxlokk fil-finali tal-Ewwel Diviżjoni b’rebħa faċli

EXILES WELBEE’S……………… 11

MARSASKALA OPTIMA…… 11

(1-4), (1-3), (5-2), (4-2)

(Marsaskala rebħu 4-2 bl-għoti tal-penalties)

Se jkun hemm bżonn konfront ieħor bejn Exiles Welbee’s u Marsaskala Optima biex jiġi deċiż it-tieni finalist tal-play-offs. F’logħba missielta, Marsaskala ħarġu rebbieħa bl-għoti tal-penalties iżda wara li tilfu vantaġġ komdu.

Edoardo Manzi spikka fl-ewwel parti tal-logħba b’doppjetta fl-ewwel sessjoni u tripletta fit-tieni sessjoni. Sa dak il-ħin Marsaskala kellhom vantaġġ komdu u meritat ta’ 7-2 u l-gowl mill-isbaħ fl-aħħar sekonda ta’ qabel il-mistrieħ, deher li l-logħba hi f’idejn it-tim ta’ Arpad Babay.

Exiles kellhom ħsibijiet oħra u l-ewwel naqqsu d-distakk għal 8-4 u wara l-gowl ta’ Jake Ciantar, skorjaw tliet darbiet oħra u bdew l-aħħar sessjoni b’distakk minimu ta’ 9-7. Exiles ġabu d-draw fl-aħħar sessjoni sakemmm Jake Ciantar skorja fl-aħħar nofs minuta tal-logħba. F’attentat iddisprat, Exiles attakkaw fl-aħħar azzjoni u kien proprju l-gowlkiper żagħżugħ Zack Dzanovic li ġab id-draw fl-aħħar żewġ sekondi u kompla l-logħba għall-għoti tal-penalties.

Għal Marsaskala skorjaw skorjaw Edoardo Manzi, Mark Carani u Raoul Greco filwaqt li x-xutt ta’ Max Farrugia ma kienx konvalidat minħabba li mexa ‘l quddiem. Għal Exiles skorjaw Drasko Gogov u Matteo Martellacci iżda l-penalties ta’ Mark Fenech u Keith Tanti ġew salvati minn Aidan Muscat. Kien il-penalty ta’ Jake Ciantar li rebbaħ lil Marsaskala.

Exiles: Z. Dzanovic (1), Z. Cutajar Licari (2), Z. Micallef, D. Pace Lupi (2), M. Martellacci (1), N. Bonavia, D. Gogov (2), K. Griscti (1), N. Paris, K. Tanti (1), M. Fenech, N. Saliba (1), G. Galea Curmi, S. Cutajar Casha

Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar, E. Manzi (6), J. Pace Mizzi, M. Carani (1), R. Greco, K. Navarro (1), M. Farrugia, K. Rech, G. Sammut, J. Ciantar (2), M. Agius, M. Borg, L. Montebello Brownrigg (1)

Referees: Alex de Raffaele, Francesco Romolini

MARSAXLOKK MFF………….. 25

TA’ XBIEX AMIGOS…………… 12

(8-3), (6-4), (6-2), (5-3)

Marsaxlokk MFF huma l-ewwel tim li kkonferma postu fil-finali tal-play-off għar-rebħ tal-Ewwel Diviżjoni b’rebħa faċli fuq Ta’ Xbiex Amigos. Din it-telfa fissret it-tmiem tal-istaġun għal Ta’ Xbiex li għal din il-logħba kienu mingħajr tmexxija teknika minħabba n-nuqqas tal-kowċ Zoran Maslovar.

Marsaxlokk ħadu r-riedni tal-logħba minn kmieni u bnew vantaġġ ta’ 5-1, liema distakk kiber għal 8-3 fi tmiem l-ewwel sessjoni biss, b’Fran Valera jiskorja sitt gowls. Fit-tieni sessjoni x-Xlukkajri komplew jamministraw il-logħba u prattikament kienu diġà aċċertaw mir-rebħa.

Iż-żewġ timijiet kienu jafu d-destin tagħhom u għalhekk il-livell tal-logħba kompla jonqos tant li l-ebda tim ma kellu sekwenza ta’ aktar minn żewġ gowls konsekuttivi.

Marsaxlokk: M. Farrugia, M. Lanzon (3), A. Cook (2), B. Zammit, T. Agius, J. Valletta (4), A. Aquilina (2), J. Pawley (1), R. Galea (3), J. Borg Tabone, F. Valera (8), R. Attard (1), A. Fava (1), S. Mifsud

Ta’ Xbiex: J. Micallef, J. Farrugia (1), V. Figliomeni, L. Grech Carr (2), F. Scardino (1), M. Jelaca (2), J. Saliba, A. Camenzuli (3), M. Soler (1), J. Culic (1), G. Gatt, P. Tabone (1), A. Theuma, T. Fenech

Referees: Juana Cauchi, Stefano Pinato

Logħob għal-lum

Semifinali Play-Offs – San Ġiljan v Sirens 6.15pm, Sliema v Neptunes 7.30pm