Internazzjonali Kurżitajiet Xjenza u Teknoloġija

Studju xjentifiku juri li hemm biżżejjed ilma taħt Mars biex tgħatti wiċċ il-pjaneta

Xjentisti mill-Universitajiet f’Kalifornja San Diego u Berkeley qalu li studji juru li x’aktarx hemm biżżejjed ilma f’ġibjun taħt l-art tal-pjaneta Mars biex tgħatti wiċċ il-pjaneta u jkun fond b’kilometru jew tnejn.

Dan l-istudju sar bl-użu tad-‘data’ minn InSight Lander ta’ NASA permezz ta missjoni li damet għaddejja erba’ snin u ġiet fi tmiemha fl-2022.

Sfortunatament, riċerkaturi qed iwissu li mhux ħa jkun faċli sabiex l-ilma jinstab, għaliex huwa fil-qxur tan-nofs tal-pjaneta Mars.

Minkejja dan, il-kittieb tal-istudju Vashan Wright qal li l-evidenza li hemm ilma weħidha tagħti indikazzjonijiet ferm importanti dwar l-istorja ta’ din il-pjaneta.