Propju fil-jum ta’ Santa Marija se jkun imfakkar id-69 sena mill-ewwel quddiesa ta’ Patri Dijonisju Mintoff. Dan ifisser li matul dan iż-żmien kollu huwa qaddes 50,370 quddiesa u prietka b’ħafna riċerka u ħafna għerf.
It-talba li kienet stampata fuq is-santa tal-ewwel quddiesa solenni nhar il-15 ta’ Awwissu, 1955 fil-Knisja ta Santa Marija ta’ Ġesu’ il-Belt Valletta.
“B’ħarsa ta’ Omm għajjura fittixtni qalb il-kotra mexxejtni minn ċkuniti Marija Immakulata biex illum ferħana Ġisem u Demm t’Ibnek tara jieħdu l-ħajja f’idejja l-istess kif rajthom ġo l-Għar u fuq l-Għolja fit-triq tas-sewwa nieħu lill kull mitluf li xorob mill-għajn tad-dnewwa.”
Matul dawn is-snin kollha ta’ ministeru saċerdotali, Patri Dijonisju ħadem fil-qasam tal-Edukazzjoni u għall-paci u l-ġustizzja. Għal dan il-għan waqqaf il-Laboratorju tal-Paci “S. Ġwanni XXIII” li huwa ċentru miftuħ għall-emigranti li l-ħidma tiegħu ġiet rikonoxxuta biż-żjara tal-Papa Franġisku.
Bis-saħħa tiegħu, l-Franġiskani daħlu bħala rappreżentanti fil-“Ġnus Maqgħuda”.Għall-ħidma tiegħu, l-Papa S. Pawlu VI ddekorah bil-midalja “Pro Ecclesia et Pontifice” u l-Gvern Malti bil-ġieħ għall-qadi tar-Repubblika.
//= $special ?>