Minkejja kriżi, waħda wara l-oħra, u l-iskandli li fnew il-Ministeru tal-Intern – Byron Camilleri għadu qed jokkuppa l-pożizzjoni ta’ Ministru responsabbli minn dan is-settur.
Fl-aħħar snin, xhur u ġimgħat pajjiżna kien xhieda ta’ qagħda prekarja fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fejn Camilleri saħansitra kien ħareġ għonqu għal Alex Dalli meta kien Direttur tal-Ħabs. Dan minkejja l-istejjer tal-waħx taħt it-tmexxija tiegħu li smajna u għadna nisimgħu dwarhom sal-lum il-ġurnata.
Kien saħansitra kompla jiddefendi lid-Direttur suċċessur ta’ Dalli, Robert Brincau minkejja li kellu jħabbat ma’ proċeduri serji fil-Qorti – u issa jinsab iħabbat wiċċu ma sfidi oħrajn taħt it-tmexxija ta’ Christopher Siegersma.
Apparti dan kollu, hemm il-każ xokkanti ta’ Nicolette Ghirxi, hekk kif l-istat reġa’ falla fil-konfront ta’ mara li kienet vittma ta’ fastidju ripetut – u għal darb’oħra, ebda responsabbiltà politika minn naħa ta’ Byron Camilleri.
Apparti dan id-delitt li xxokja pajjiż sħiħ, feġġ l-iskandlu fl-aġenzija tal-Gvern Identità li huwa responsabbli minnħa l-istess Camilleri fejn qed jiġi allegat mill-Avukat Jason Azzopardi li hawn tal-inqas 18,000 kartà tal-identità falza – allegazzjonijiet li saħansitra waslu biex tinfetaħ Inkjesta Maġisterjali.
Dan kollu wassal ukoll sabiex diversi familji Maltin u Għawdxin qed jirċievu ittri uffiċjali b’ismijiet ta’ persuni barranin li huma qatt ma ltaqgħu magħhom – persuni li spiċċaw qed isejħu għall-indirizz tar-residenzi taċ-ċittadin Malti.
Minkejja dan kollu u aktar, Robert Abela jidher li huwa komdu bil-Minsitru Camilleri – tant li għadu hemm. U anke l-Ministru Clayton Bartolo qalilna li għandu fiduċja sħiħa f’sieħbu.
Mistoqsi jekk dan il-każ tal-ID Cards hux qed jinkwetah għall-fatt li dawn il-persuni b’mod qarrieq u fażul, allegatament xprunati minn racket fi ħdan Identità stess qed jivvjaġġaw fl-Ewropa b’mod liberu … Bartolo għażel li ma jweġibx.
//= $special ?>