L-artista Katy Perry tinsab taħt investigazzjoni wara li dehret f’vidjo mużikali fil-Gżejjer Balaeriċi fuq ir-ramel – f’zona li hi ekoloġikament sensittiva.
Il-kanzunetta ta’ Perry bl-isem ta’ ‘Lifetimes’ turi lill-kantanta tgawdi l-bajja u l-clubs ta’ Ibiza u Formentera. Madankollu, xeni minn dan il-vidjo mużikali juru wkoll lill-Katy Perry fuq ir-ramel f’zona li hi meqjusa bħala zoni protetta u ristretta. Il-filmati inġibdu fil-gżira ta’ Formentera.
Stqarrija mill-Gvern Spanjol qed tgħid li l-kumpanija tal-produzzjoni li iffilmjat dan il-vidjo mużikali ma talbitx għall-ebda permess, kif suppost kellha tagħmel.
Dan il-vidjo kontroversjali wassal biex id-dipartiment ambjentali tal-Gżejjer Balaeriċi joħrog stqarrija, fejn qalu li nfetħet investigazzjoni b’rabta ma’ dan il-każ.
Dwar dan il-każ, il-kantanta Katy Perry għadha ma kkumentatx.
//= $special ?>