Lokali

Lawrence Piscopo huwa r-raġel li tilef ħajtu wara li ħa xokk f’garaxx fl-Imsida

Lawrence Piscopo huwa r-raġel ta’ 57 sena li tilef ħajtu wara li ħa xokk waqt li kien qed jaħsel xi vetturi fl-Imsida.

L-inċident seħħ l-Erbgħa filgħodu għall-ħabta tal-5:00 f’garaxx fi Triq Anton Inglott.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li r-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Intant, fl-aħħar sigħat bosta ħbieb u qraba ta’ Piscopo sellmu l-memorja tiegħu dan filwaqt illi ddeskrivewh bħala raġel umli u li kien maħbub minn kulħadd.