Lokali

Nicolette Ghirxi se tingħata l-aħħar tislima s-Sibt li ġej

Nicolette Ghirxi li nqatlet it-Tnejn li għadda b’diversi daqqiet ta’ sikkina f’għonqha se tkun qed tingħata l-aħħar tislima nhar is-Sibt li ġej.

Il-funeral se jsir fis-Santwarju Ħniena Divina fin-Naxxar u se jibda għall-ħabta tat-8:30.

F’post fuq il-midja soċjali l-ħbieb u l-qraba ta’ Ghirxi ħeġġew biex in-nies jevitaw li jilbsu l-iswed hekk kif kienet persuna vibranti u mimlija enerġija.

Intant, bħala appoġġ għal dawk in-nies li esperjenzaw att vjolenti, il-familja ta’ Ghirxi qed titlob donazzjonijiet minflok fjuri – donazzjonijiet li se jmorru għal Women for Women Foundation.