Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-5:00AM, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna bla ħajja f’komun ta’ garaxxijiet fi Triq Anton Inglott, l-Imsida.
Fuq il-post il-Pulizija sabet tim mediku jassisti lill-vittma, iżda sfortunatament huwa kien
iċċertifikat mejjet.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel, ta’ 57 sena residenti l-Ħamrun kien qed jaħsel
xi vetturi fil-garaxx tiegħu meta x’aktarx ħa xokk.
Il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin sabiex tiġi stabbilita d-dinamika tal-inċident.
//= $special ?>