Wara s-suċċess kbir tal-Los Blancos fil-finali tal-UEFA Champions League meta għelbu lil-Borrussia Dortmund u rebħu l-15-il Champions League, issa t-tim immexxi minn Carlo Ancelotti għandu ċ-ċans li jsir l-iktar tim li rebaħ UEFA Super Cups fl-istorja hekk kif se jaffrontaw lil Atalanta llum fid-9:00pm fl-Istadium Nazzjonali tal-Polonja, f’Warsaw.
Il-Los Blancos rebħu 5 Super Cups, bl-iktar unur riċenti jasal fis-sena 2022, fejn għelbu lill-Eintracht Frankfurt 2-0. Ir-rivali eterni Barcelona ukoll rebħu s-Super Cup f’ħames okkażjonijiet, b’dan ifisser li rebħa għal Real Madrid mhux biss tpoġġihom fl-ewwel post, iżda anke tagħti s-sodisfazzjon lil Real Madrid li jaqbżu r-rivali f’dan l-aspett.
Apparti li din is-serata tista’ tkun avveniment storiku għar-Real Madrid, huwa probabli ukoll li din il-partita tista’ tkun l-ewwel partita uffiċjali tal-istilla Kylian Mbappe, li ffirma ma’ Real Madrid iktar kmieni dan is-Sajf wara li ntemmet l-esperjenza tiegħu minn ma’ PSG.
Fil-kamp l-ieħor, għandna tim li se jkun qiegħed jesperjenza din il-finali għall-ewwel darba fil-116-il sena storja tiegħu. Wara l-wasla tal-ewwel Tazza Ewropea għal Atalanta f’Mejju li għadda meta għelbu lil Bayer Leverkusen fil-finali tal-UEFA Europa League, issa La Dea għandhom ċans li jwettqu sorpriża u jżidu Tazza oħra Ewropea mal-kollezzjoni.
Real Madrid ma kienux l-unika tim li ppreparaw għal din il-partita fis-suq tat-transferimenti, hekk kif Atalanta akkwistaw żewġ plejers li jafu jagħmlu d-differenza kollha f’din il-partia, permezz ta’ Charles De Ketelare mingħand Milan u l-attakkant internazzjonali Taljan Mateo Retegui mingħand Genoa.
L-aħħar konfront bejn dawn iż-żewġ timijiet kien lura fl-istaġun 2020-21, fejn Real Madrid għelbu lil Atalanta fuq żewġ legs fir-rawnd tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League.
//= $special ?>